Nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar ġewwa l-istejdjum tal-Ħamrun iż-Żejtun Corinthians lagħbu kontra Dingli Swallows. Qabel bdiet il-partita l-ballboys tat-tim Żejtuni ħarġu bi streamer “Grazzi Julio” u ġiet osservata minuta silenzju b’rispett lejn il-mibki Julio Camilleri. Is-segretarju tal-klubb, l-Onorevoli Carmelo Abela, f’isem it-tim tal-Corinthians tela’ jpoġġi l-fjuri fil-post fejn normalment kien ipoġġi Julio, fost ċapċip kbir mill-pubbliku kollu preżenti. Intant wara dan il-bidu kommoventi, iż-Żwieten ħarġu mill-ewwel fuq l-attakk u wara tliet minuti xutt b’saħħtu ta’ Wisam Elzaredi għadda ftit barra. Erba’ minuti wara Gers Delia kellu l-konklużjoni tiegħu dgħajfa. Minuta wara minn korner ta’ Edward Azzopardi d-daqqa ta’ ras ta’ Kenneth Abela għaddiet tħakkek mal-lasta. Wara disa’ minuti logħob, Kenneth Abela seraq il-ballun u b’xutt minn barra l-kaxxa l-kbira l-ballun ħabat mal-mimduda fost id-diżappunt tal-partitarji Żwieten. Il-Corinthians baqgħu jippressaw u fil-ħmistax-il minuta, daqqa ta’ ras b’saħħitha tas-solitu Abela għaddiet barra wara li kien irċieva mingħand Shawn Magro. Minuta wara Delia bidel il-ballun ma’ Elzaredi imma x-xutt imkaxkar tiegħu ġie salvat b’diffikultà mill-gowler ta’ Ħad-Dingli, Jeffrey Farrugia. Is-Swallows ippruvaw iwettqu reazzjoni imma x-xutt ta’ Leontiev Konda kien fjakk, biss fis-26 minuta kienu għoddhom skurjaw kontra x-xejra tal-logħob meta clearance ħażin tal-captain Charlo Magro ħabat mal-mimduda, bil-gowler Żejtuni jibqa’ skantat iħares. Minuta wara kien hemm azzjoni tajba bejn Abela, Elzaredi u Delia, b’dan tal-aħħar jixxuttja dgħajjef. Fit-43 minuta Delia reġa’ kellu ċans tajjeb imma x-xutt bix-xellug ġie mblukkat mill-gowler Jeffrey Farrugia. Iż-Żwieten kienu se jpattu qares għaċ-ċansijiet li ħlew meta Carlos Porcari ġie waħdu mal-gowler, imma Rainier Farrugia mblokka meta laqa’ x-xutt ta’ Porcari f’żewġ tentattivi...
Per un'esperienza ancora più coinvolgente, è possibile scaricare تحميل 1xbet اخر إصدار e seguire le scommesse sportive direttamente dal proprio dispositivo mobile.
|
|
Iż-Żejtun Corinthians fallew żewġ punti importanti meta ġew dro ta’ mingħajr gowls kontra Vittoriosa Stars. Il-kowċ Joey Falzon għażel li jilgħab bl-istess tattika (4-2-3-1) u bl-istess plejers, bl-eċċezzjoni li daħal Karl Vassallo f’nofs il-grawnd kontra l-imweġġa’ Jesmar Abela. Fl-ewwel taqsima l-logħob kien ibbilanċjat, biss il-partita għal ħafna ħin kienet medjokri bil-plejers taż-żewġ timijiet jitilfu l-pussess tal-ballun banalment. Fl-ewwel azzojni denja ta’ nota, iż-Żwieten resqu viċin li jiskurjaw imma minn kross ta’ Shawn Magro d-daqqa ta’ ras ta’ Kenneth Abela għaddiet ftit għoli. Il-Birgu ttantaw xortihom fit-22 minuta, imma sabu l-gowler Żejtuni Rainier Farrugia attent u laqa’ fil-baxx ix-xutt ta’ Gary Muir wara li kien irċieva mingħand Leighton Grech. Il-Corinthians komplew jippruvaw idawru l-ballun imma t-tentattivi finali ta’ Kalin Ganchev u ta’ Kenneth Abela kienu dgħajfin. Il-logħba baqgħet f’idejn iż-Żwieten u man-nofsiegħa logħob, minn frikik insidjuż ta’ Andrè Farrugia, Abela ma laqatx sewwa bir-ras. Wara ftit, Ganchev daħal fil-kaxxa wara li kien għadda minn bejn żewġ plejers imma l-ballun ġie kklerjat qabel seta’ jikkonkludi... |
|
Il-Corinthians bdew it-tieni rawnd tal-ewwel diviżjoni b’rebħa stupenda fuq il-ġirien St Patrick’s. Din il-logħba ntlagħbet bi spirtu sportiv, tant li r-referì Kevin Azzopardi ma weriex karta waħda. Mill-bidu, din il-partita kienet ikkontrollata miż-Żwieten u l-avversarji qatt ma daħlu fil-logħba. Joey Falzon għażel li jilgħab bl-istess formazzjoni li lagħab kontra l-Pietà bl-eċċezzjoni li daħħal lil Jesmar Abela minflok l-imweġġa’ Silvio Sciberras. Sa mill-bidu l-inizjattiva kienet f’idejn iż-Żwieten, li qajla taw ċans lill-avversarji imma għalkemm kellhom ħafna mil-logħob, qatt ma kienu perikolużi għaż-Żabbarin. Biss fl-ewwel attakk denju ż-Żwieten skurjaw permezz tas-solitu Kenneth Abela, li żmarka ruħu tajjeb mill-pass ta’ Kalin Ganchev u b’kalma tefa’ l-ballun fix-xibka. Is-St Patrick’s biddlu t-tattika imma dan ma sewiex għax il-Corinthians baqgħu jjiddominaw u l-pussess tal-ballun qatt ma ħarab minn taħt idejhom. Fid-29 minuta Wizam Elzeradi spara xutt b’saħħtu li għadda ftit barrra. Ħames minuti wara Abela kien għoddu rrdoppja meta għola tajjeb wara żball difensiv imma d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet ’il bogħod mil-lasti. Il-pressjoni Żejtunija kompliet u wara bdil tajjeb tal-ballun bejn Shawn Magro u Andrè Farrugia, il-ballun wasal għand Elzaredi li għadda tajjeb lejn Kenneth Abela u d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet f’idejn il-gowler Żabbari Joshua Galea. Lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima Blendi Gockaj ixxuttja barra u ftit minuti wara xutt insidjuż ta’ Rigers Ceka laqgħu Rainier Farrugia... |
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 Next > End >>
|
Results 1 - 4 of 5 |